Merħba u nilqakom fis- sit tat-terramaxka.

It-terramaxka hija strument antik li kienet popolari fost missirijietna fil-gżejjer tagħna sa mill-1890. Dan l-istrument ma kienx jonqos fil-festi tradizzjonali ta’ l-irħula Maltin kif ukoll fil-Karnival. Kienet tintuża wkoll matul is-sena kollha fit-toroq tagħna u saħansitra f’xi okkażżjonijiet bħal tiġijiet, preċetti u festini oħra. It-terramaxka kienet iġġib magħha ħafna ferħ u briju minħabba li l-mużika kienet rari f’dawk iż-żminijiet.

It-terramaxka tiegħi nbniet fl-1929 u jien irrestawrajta riċentament għall-użu fil-pubbliku bħalma kienet tintuża fi żminijiet ta’ l-imgħoddi.

Jiena qiegħed noffri s-servizzi tiegħi, li ndoqq bit-terramaxka, għal kull okkażjoni, speċjalment f'okkażjonijiet kulturali minħabba li din hija parti mill-kultura Maltija.

Mela jekk inti trid xi ħaġa specjali f' xi okkażżjoni li jkollok, bħal ma huma tieġ, magħmudija jew riċeviment, ikkuntatjani sabiex norganiżżaw flimkien ġurnata memorabli.

Grazzi.

     
    Storja  
    Stampi  
    Email  
    Sponsors  
    English  
       
       
       
         
 

website design by SETUP